27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-31 ta’ Marzu 2011 — Volker Mauerhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-433/10 P) (1)
(Appell - Proġett appoġġat mill-Unjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina - Kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u konsorzju kif ukoll bejn dan u esperti - Ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni li tibdel il-kuntratt tagħha mal-imsemmi konsorzju - Rikors għall-annullament ta’ din l-ordni ta’ servizz imressaq minn wieħed mill-esperti - Ammissibbiltà - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Rabta kawżali bejn l-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni u d-dannu allegatament subit mill-imsemmi espert)
2011/C 252/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Volker Mauerhofer (rappreżentant: J. Schartmüller, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni (T-515/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol imħallsa allokati lir-rikorrent sabiex jiżvolġi d-doveri tiegħu li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ perizja (Kuntratt Nru MC/5043/025/001/2008 — “Value Chain Mapping Analysis”), konkluż mal-persuna responsabbli mill-proġett imwettaq fil-Bosnja-Ħerzegovina skont il-kuntratt qafas “EuropeAid/123314/C/SER/multi — Lott 5 — Studji, evalwazzjonijiet u preżentazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ, impriżi u integrazzjoni ekonomika reġjonali” — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
M. Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy