4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2011 — ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (C-448/10 P), Cementir Italia Srl (C-449/10 P), Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (C-450/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-448/10 P sa C-450/10 P) (1)
(Appell - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali - Żnaturament - Kunċett - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2012/C 32/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (C-448/10 P), Cementir Italia Srl (C-449/10 P), Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (C-450/10 P) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Barone u A. Marega, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni vs Il-Kummissjoni (T-62/08) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/308/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008 L 144, p. 37)
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA, Cementir Italia Srl u Nuova Terni Industrie Chimiche SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) GU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy