22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Métropole télévision (M6), Canal +, Ir-Repubblika Franċiża, France Télévisions
(Kawża C-451/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 86(2) KE - Servizz pubbliku ta’ xandir - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Prova - Effettività ekonomika tal-impriża)
2011/C 311/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti), Métropole télévision (M6), Canal + (rappreżentanti: E. Guillaume, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), France Télévisions (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2010, TFI u M6 vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-proġett ta’ għoti mir-Repubblika Franċiża ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun lil France Télévisions SA — Ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova — Ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE — Kunċett ta’ “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” — Nuqqas ta’ diffikultajiet serji
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Canal + u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) GU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy