6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-460/10 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rappreżentazzjoni tar-rikorrent - Avukat mhux inkarigat - Notifika tal-appell - Talba għal danni - Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Rifjut - Rikors għal annullament - Dannu allegatament subit - Rikors għad-danni - Appell parzjalment u manifestament inammissibbli u parzjalment u manifestament infondat)
2011/C 232/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-401/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t-talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa matul in-notifika tal-appell lil L. Marcuccio fil-kuntest tal-Kawża T-20/09 P u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio huwa kkundanat għall-ispejjeż tal-appell.
(1) ĠU C 328, 4.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy