14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
(Kawża C-462/10 P) (1)
(Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika - Ċaħda tal-offerta - Deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti - Konfużjoni tal-kriterji - Kunsiderazzjoni tal-kriterji - Kopja integrali tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Motivazzjoni insuffiċjenti)
2012/C 109/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros
Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentanti: J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EEA (T-331/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tal-14 ta’ Settembru 2006, li ċaħdet l-offerta tal-appellanti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EEA/IDS/06/002, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar it-teknoloġija fl-informatika (ĠU 2006/118-125101), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Kriterji ta’ għoti — Żball ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy