27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg — l-Awstrija) — Proċeduri mressqa mill-projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic, Herbert Hilbe
(Kawża C-479/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 40 u Anness XII tal-Ftehim ŻEE - Xiri minn ċittadini tal-Prinċipat tal-Liechtenstein ta’ residenza sekondarja li tinsab fil-Land tal-Vorarlberg (l-Awstrija) - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Ammissibbiltà)
2011/C 252/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat tal-Landes Vorarlberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic, Herbert Hilbe
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10) — Xiri ta’ residenza sekondarja, li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni, minn ċittadini ta’ Stat terz, parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Liechtenstein) — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru li tissuġġetta tali xiri għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, fuq il-bażi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu abrogat mit-Trattat ta’ Amsterdam], jipprojbixxi lil ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein ix-xiri ta’ residenza sekondarja li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, minkejja li awtorità nazzjonali hija obbligata tħalli inapplikata din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(1) ĠU C 328, 4.12.2010
Full & Egal Universal Law Academy