10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-518/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3 - Kundizzjonijiet għall-kisba taċ-ċertifikat - Kunċett ta’ ‘prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ’ - Kriterji - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Prodott mediċinali mqiegħed fis-suq li jikkontjeni biss ingredjent attiv wieħed filwaqt li l-privattiv jirreferi għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi)
2012/C 73/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Kundizzjonijiet għall-kisba taċ-ċertifikat — Kunċett ta’ “prodott […] protett minn privattiva bażika fis-seħħ” — Kriterji — Effett tal-ftehim 89/695/KEE dwar il-privattivi Komunitarji fuq l-evalwazzjoni tal-imsemmija kriterji f’każ ta’ vjolazzjoni indiretta jew kontributorja fis-sens tal-Artikolu 26 tal-imsemmi ftehim
Dispożittiv
L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta l-ingredjent attiv imsemmi fl-applikazzjoni, għalkemm jidher fil-kliem tal-pretensjonijiet tal-privattiva bażika bħala ingredjent attiv li jifforma parti minn kombinazzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor, ma huwiex is-suġġett ta’ ebda pretensjoni li titratta dak l-ingredjent attiv biss.
(1) ĠU C 13, 15.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy