19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Grúas Abril Asistencia, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-521/10 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni - Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru)
2011/C 340/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Grúas Abril Asistencia, SL (rappreżentant: R. García García, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Awwissu 2010, Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni (T-386/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li biha informat lir-rikorrenti li l-fatti li fir-rigward tagħhom hija ressqet ilment quddiemha ma jippermettux li jiġi konkluż ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE u li ma hija ser tieħu ebda azzjoni fir-rigward tal-ilment tagħha.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy