30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Safilo Spa
(Kawża C-529/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni diretta - Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali - Abbuż ta’ dritt - Artikolu 4(3) TUE - Libertajiet iggarantiti mit-trattat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Għajnuna mill-Istat - Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni)
2012/C 194/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Konvenuta: Safilo Spa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal perċentwali differenti ta’ taxxa fuq id-dividendi tal-kumpanniji skont is-sede tagħhom — Tranżazzjoni kummerċjali bil-parteċipazzjoni ta’ kumpanniji residenti fl-Italja u kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fl-esteru — Deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva li tikkunsidra applikabbli t-taxxi dovuti fil-każ ta’ kumpanniji residenti fl-esteru — Kunċett ta’ abbuż tad-dritt kif iddefinit fil-Kawża C-255/02, Halifax et — Applikabbiltà għat-taxxi nazzjonali mhux armonizzati bħat-taxxi diretti
Dispożittiv
(1)
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.
(1) ĠU C 30, 29.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy