22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — adp Gauselmann GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-532/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva Archer Maclean’s Mercury - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali Merkur)
2011/C 311/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliz
Partijiet
Appellanti: adp Gauselmann GmbH (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010, adp Gauselmann vs UASI (T-106/09), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “Merkur”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42, kontra d-deċiżjoni R 1266/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Archer Maclean’s Mercury”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 05.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy