22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 — MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-536/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal verbali “ROI ANALYZER”)
2011/C 311/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 — MPDV Mikrolab vs UASI (T-233/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “ROI ANALYZER” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 35 u 42 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
(2)
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy