28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/22
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju)) Richard Lebrun, Marcelle Howet vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-538/10) (1)
(Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal deċiżjoni preliminari - Eżami tal-konformità ta’ regola nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ tal-kostituzzjonalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ relazzjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 25/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Richard Lebrun, Marcelle Howet
Konvenut: L-Istat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 TUE, 267 TFUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Azzjoni preliminari obbligatorju quddiem il-Cour Constitutionnelle mill-qrati nazzjonali f’każ ta’ ksur preżunt tad-drittijiet fundamentali minn liġi nazzjonali — Konformità, mad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjoni nazzjonali li timponi din l-azzjoni preliminari — Possibbiltà, għall-qrati nazzjonali, li jeżerċitaw stħarriġ tal-konformità tal-liġijiet nazzjonali mat-trattati internazzjonali meta l-qorti kostituzzjonali tkun iddikkjarat il-liġi nazzjonali inkwistjoni kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Kostituzzjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju).
(1) ĠU C 38, 05.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy