28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Settembru 2011 — Sociedade Quinta do Portal, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vallegre, Vinhos do Porto SA
(Kawża C-541/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark Komunitarja verbali PORTO ALEGRE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISTA ALEGRE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark)
2012/C 25/39
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Sociedade Quinta do Portal, SA (rappreżentant: F. Bolota Belchior, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati), Vallegre, Vinhos do Porto SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 — Quinta do Portal vs UASI — Vallegre (T-369/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1012/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vallegre, Vinhos do Porto, SA u Sociedade Quinta do Portal, SA
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Quinta do Portal hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 38, 05.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy