28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 — Hans-Peter Wilfer vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-546/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-parti ta’ fuq ta’ kitarra - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Eżami ex officio tal-fatti - Artikoli 7(1)(b) u 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Ammissibbiltà ta’ provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Trattament ugwali)
2012/C 25/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Peter Wilfer (rappreżentant: W. Prinz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, Wilfer vs UASI (T-458/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-parti ta’ fuq ta’ kitarra ta’ kulur il-fidda, griż u kannella bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 15 — Karattru distintiv ta’ sinjal figurattiv ikkostitwit mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ parti minn prodott
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
H-P. Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011
Full & Egal Universal Law Academy