10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-560/10 P) (1)
(Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ġestjoni u manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” - Ċaħda tal-offerta - Regolamenti (KE, Euratom) Nri 1605/2002 u 2342/2002 - Kopja sħiħa tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Prinċipj ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali - Drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal smigħ xieraq - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-provi - Inammissibbiltà manifesta - Aggravju manifestament infondat)
2012/C 73/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-300/07) li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastrutturi), għall-ġestjoni u għall-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 72, 05.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy