28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-561/10 P) (1)
(Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti - Servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR - Ċaħda tal-offerta - Motivazzjoni insuffiċjenti - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi)
2012/C 25/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-387/08) li tiċħad rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-OPOCE, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għas-servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati (Nru AO 10185) (ĠU 2008/S 43-058884) kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy