22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timișoara — ir-Rumanija) — Sergiu Alexandru Micșa vs Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-573/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura matul l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 311/23
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Timișoara
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sergiu Alexandru Micșa
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Timișoara — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li tolqot il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Validità tal-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa introdotta għal ċerti kategoriji ta’ vetturi
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li tolqot il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stat Membri oħrjan, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess età u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.
(1) ĠU C 46, 12.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy