14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) — Wolfgang Köppl vs Freistaat Bayern
(Kawża C-590/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 91/439/KEE - Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) - Artikolu 7(1) - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Irtirar tal-awtorizzazzjoni għas-sewqan nazzjonali - Ħruġ ta’ liċenzja tal-kategorija B minn Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ residenza - Ħruġ sussegwenti, mill-istess Stat Membru, ta’ liċenzja tal-kategorija C - Osservanza tal-kundizzjoni ta’ residenza - Obbligu li dak li jkun ikollu liċenza valida għall-vetturi fil-kategorija B fil-mument li tinħareġ il-liċenzja għall-vetturi fil-kategorija C)
2012/C 109/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wolfgang Köppl
Konvenut: Freistaat Bayern
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni, fid-dawl tal-Artikoli 2(1) u 3(1) tal-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317) — Liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B maħruġa minn Stat Membru, b’nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ residenza, lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor wara l-irtirar tal-liċenzja nazzjonali tiegħu u wara l-iskadenza tal-perijodu li matulu kien prekluż milli jappika għal liċenzja ġdida — Ħruġ sussegwenti, mill-istess Stat Membru, ta’ liċenzja tal-kategorija C b’osservanza tal-kundizzjoni ta’ residenza — Possibbiltà għall-Istat Membru ta’ residenza li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ dawn il-liċenzji
Dispożittiv
L-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE, tal-14 ta’ Settembru 2000, ma jipprekludux lil Stat Membru milli jirrifjuta li jirrikonoxxi l-awtorizzazzjonijiet għas-sewqan tal-vetturi fil-kategoriji B u C maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li fir-rigward tagħha l-ewwel Stat Membru kien preċedentement ħa miżuri fis-sens tal-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, meta l-awtorizzazzjoni għas-sewqan tal-vetturi fil-kategorija B kienet inħareġ fit-tieni Stat Membru b’nuqqas ta’ osservanza, kif jirriżulta mill-indikazzjonijiet li jinsabu fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa fuq il-bażi ta’ din l-awtorizzazzjoni, tal-kundizzjoni ta’ residenza normali prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tad-direttiva msemmija u meta l-awtorizzazzjoni għas-sewqan tal-vetturi fil-kategorija C kienet inħarġet fuq il-bażi tal-ewwel awtorizzazzjoni mingħajr ma n-nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmija kundizzjoni ta’ residenza normali jirriżulta mil-liċenza tas-sewqan il-ġdida maħruġa fuq il-bażi ta’ din l-awtorizzazzazzjoni għas-sewqan tal-vetturi fil-kategorija C.
(1) ĠU C 95, 26.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy