16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Dieter C. Umbach vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-609/10 P) (1)
(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - “Programm TACIS” - Kuntratt konkluż mill-Kummissjoni - Xoljiment ta’ kuntratt - Tilwima bejn il-kontraenti - Talba għal aċċess għad-dokumenti - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 211/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Dieter C. Umbach (rappreżentant: M. Stephani, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010, Umbach vs Il-Kummissjoni (T-474/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta lill-appellant aċċess għal ċerta informazzjoni li tinsab f’dokumenti marbuta ma’ kuntratt konkluż bejn l-appellant u l-Kummissjoni u li tirrigwarda l-assistenza għar-redazzjoni ta’ kodiċi amministrattiv għall-benefiċċju tal-Federazzjoni tar-Russja fil-kuntest tal-programm TACIS — Talba għal aċċess marbuta mat-tilwima bejn l-appellant u l-Kummissjoni wara x-xoljiment tal-imsemmi kuntratt — Nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 89, 19.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy