6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma
(Kawża C-613/10) (1)
(Rinviju għal deċiżoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 232/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Parma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Danilo Debiasi
Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Parma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Strutturi sanitarji pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attività eżentata — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi użati fl-imsemmija attivitajiet eżentati
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2010, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 80, 12.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy