10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2011 — Kalliope Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)
(Kawża C-626/10 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 4(1)(b) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Regolament (KE) Nru 58/2003 - Aġenzija eżekuttiva - Kompetenza sabiex jiġu ttrattati t-talbiet li jikkonfermaw it-talbiet għal aċċess għal dokumenti - Prinċipju ta’ trasparenza - Kunċett ta’ “interess pubbliku superjuri” - Żbalji ta’ liġi)
2012/C 73/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Kalliope Agapiou Joséphidès (rappreżentanti: C. Joséphidès u H. Joséphidès, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u M. Owsiany-Hornung, aġenti), L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentant: H. Monet, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-21 ta’ Ottubru 2010, Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA (T-439/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta’ Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal- Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja, subprogramm Jean Monnet — Ksur tad-dritt għal aċċess għal dokumenti u tal-prinċipju ta’ trasparenza — Żbalji ta’ liġi
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 103, 2.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy