Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑19/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolamenti (KE) Nri 273/2004 u 111/2005 – Prekursuri tad-droga – Kontroll u sorveljanza fi ħdan l-Unjoni – Sorveljanza tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi – Sanzjonijiet”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 273/2004, Artikolu 12; Regolament tal-Kunsill Nru 111/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 15-18)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar il-prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 45) u mal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi (ĠU L 51M, p. 231).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implementazzjoni, minn naħa waħda, tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar il-prekursuri tad-droga, u min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija regolamenti.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy