Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C-36/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttivi 96/82/KE u 2003/105/KE – Kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) – Traspożizzjoni inkorretta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 96/82, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1)) (ara l-punti 10-12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410), kif emendat bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 398)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri kollha sabiex jittrasponi korrettament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy