Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑41/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni għall-ħajja – Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE – Assoċjazzjonijiet ta’ sostenn reċiproku attivi fis-suq tal-assigurazzjoni għall-mard addizzjonali – Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 29-32)
Suġġett
Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-dispożizzjonijiet 6, 8, 15, 16 u 17 tad-Direttiva tal Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14), kif ukoll tal-Artikoli 20, 21 u 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar “assigurazzjoni mhux tal-ħajja”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346).
Dispożittiv
1)
Billi ttraspona b’mod inkorrett u inkomplet l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Marzu 2002, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar “assigurazzjoni mhux tal-ħajja”), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, b’mod partikolari, l-Artikoli 6, 8, 15, 16 u 17 tad-Direttiva 73/239, kif emendata bid-Direttiva 2002/13, kif ukoll l-Artikoli 20 sa 22 tad-Direttiva 92/49.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy