Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-48/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/1/KE – Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis – Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti – Obbligu li jiġi żgurat li l-operat ta’ tali installazzjonijiet jitwettaq b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 30-35)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 31)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 32)
4. Stati Membri - Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq nuqqas eventwali ta’ Stat Membru ieħor - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 33)
Suġġett
Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) - Installazzjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u fuq it-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż jew, skont il-każ, billi jeżaminaw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti jiġu operati skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tad-dritt speċifiċi oħra tal- Unjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l- Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy