Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Is-Slovenja
(Kawża C-49/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/1/KE – Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis – Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 23)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 24)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva.
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha fil-qasam ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy