Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C-127/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 10)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id‑direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy