Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C‑141/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 39 KE sa 42 KE — Moviment liberu tal-persuni — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji — Ħaddiema impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi — Ammissibbiltà tar-rikors”
Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punti 15-22)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(1) u 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati[, għall-persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) u tal-Artikoli 45 sa 48 TFUE — Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji lil ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy