Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Pajjizi l-Baxxi
(Kawża C‑233/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2007/44/KE – Evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju – Regoli ta’ proċedura u kriterji ta’ evalwazzjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/44) (ara l-punti 9, 10, 13)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 11)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d‑Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis‑settur finanzjarju (ĠU L 247, p. 1).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d‑Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir‑rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall‑evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy