Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C‑276/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2006/118/KE – Protezzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/118) (ara l-punti 9-12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew li jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, p. 19).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy