Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C-305/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Trasport bil-ferrovija – Direttiva 2005/47/KE – Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji – Ftehim tal-imsieħba soċjali settorjali fuq livell Ewropew – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2005/47) (ara l-punti 8, 11-13)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas milli jadotta u/jew jikkomunika, fit-termini previsti, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi previsti bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l- Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal- kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans- konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 164M, p. 317).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy