Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 – Union Investment Privatfond vs UASI
(Kawża C‑308/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 74(2) – Provi li ma ġewx prodotti insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell”
Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ appell - Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju - Eżami mill-Bord tal-Appell - Portata – Fatti u provi li ma ġewx prodotti insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan - Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(2)) (ara l-punti 42, 43)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 - Union Investment Privatfonds vs UASI - Unicre-Cartão International De Crédito, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi UniFLEXIO, UniVARIO u UniZERO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35 u 36, kontra d-deċiżjoni tat Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tal-appellanti mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva unibanco, għal prodotti fil-klassijiet 36 u 38 - Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 74(2) tar Regolament (KE) Nru 40/94 - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-provi li ma jkunux ġew prodotti insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Union Investment Privatfonds GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy