Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 taʼ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑354/10)
“Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Fond taʼ riżerva eżenti mit-taxxa — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Irkupru — Nuqqas taʼ eżekuzzjoniˮ
1. Proċedura — Sistema lingwistika — Preżentata ta’ annessi jew ta’ dokumenti f’lingwa differenti mil-lingwa tal-kawża — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 29(2)(a), u (3)) (ara l-punti 33, 34)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru taʼ għajnuna illegali — Obbligu — Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 56-61, 65)
3. Rikors għal nuqqas taʼ twettiq taʼ obbligu — Nuqqas taʼ osservanza taʼ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat — Eċċezzjonijiet tad-difiża — Impossibbiltà assoluta taʼ eżekuzzjoni — Kriterji taʼ evalwazzjoni — Diffikultajiet taʼ eżekuzzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li jikkollaboraw fit-tiftix taʼ soluzzjoni li tosserva t-Trattat (Artikoli 4(3) TFUE u 108(2) TFUE) (ara l-punti 68-70, 73)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru taʼ għajnuna illegali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Implementazzjoni ta’ proċedura li tiżgura eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 75, 77)
Suġġett
Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji għall-irkupru tal-għajnuna meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 1(1) [bl-eċċezzjoni taʼ dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u fl-Artikoli 2 u 3] tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 taʼ Lulju 2007 (C (2007) 3251) dwar fondi taʼ riżerva eżenti mit-taxxa (għajnuna mill-Istat C 37/05).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji għall-irkupru, skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/723/KE, tat-18 taʼ Lulju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 37/05 (ex NN 11/04) m ogħtija mill-Greċja — Fond taʼ riżerva eżenti mit-taxxi, tal-għajnuna meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, bl-eċċezzjoni taʼ dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2), kif ukoll fl-Artikoli 2 u 3 taʼ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 sa 6 tal-imsemmija deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy