Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C-390/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2007/36/KE – Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/36) (ara l-punti 11-14)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy