Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑395/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2007/2/KE – Politika dwar l-ambjent – Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika – Skambju u aġġornament tad-data f’format elettroniku – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l‑punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy