Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C-397/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju għal numru ta’ obbligi – Ostakoli mhux iġġustifikati”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (Artikolu 56 TFUE)
2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju, min-naħa għall-obbligu li jkollhom bħala għan soċjali esklużiv l-attività ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema u, min-naħa l-oħra, dik li jkollhom forma ġuridika speċifika - Inammissibbiltà - Ġustifikazzjoni - Assenza (Artikolu 56 TFUE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 56 TFUE - Restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju stabbiliti fi Stati Membri oħra għal numru ta’ obbligi - Ostakoli mhux iġġustifikati.
Dispożittiv
1)
Billi ssuġġetta lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorju tar-Région de Bruxelles-Capitale għall-obbligi li ġejjin:
–ikollhom bħala għan statutorju esklużiv l-attività ta’ provvista ta’ ħaddiema, u
–jkollhom forma ġuridika partikolari,
ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy