Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2011 – Il‑Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑431/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/85/KE – Dritt għall-ażil – Proċedura għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat – Livelli minimi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2005/85) (ara l-punti 10-15)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168).
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy