Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 – Il-Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑515/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 1999/31/KE – Deċiżjoni 2003/33/KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Landfill għal skart inerti – Aċċettazzjoni ta’ skart tas-siment tal-asbestos”
Ambjent - Skart - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 1999/31 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ipproċessar ta’ skart tas-siment tal-asbestos f’landfill għal skart inerti - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikoli 2(e), 3(1), 6(d), u 16, u Anness II; Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33, Anness) (ara l-punti 25-26, 28 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 2(e), tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) u tad-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma [landfill] artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 314) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kategorija ta’ skart “inerti u perikoluż”, li ma ssegwix id-direttiva - Rimi ta’ skart tas-siment tal-asbestos f’landfill.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart tas-siment tal-asbestos jiġi ttrattat f’landfills xierqa, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(e), 3(1) u 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma [landfill] artifiċjali, skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy