Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il‑Kummissjoni vs L-Isvezja
(Kawża C‑607/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 23)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (verżjoni kkodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun il-każ, l-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet kollha eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy