13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/36
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2010 minn Giampietro Torresan kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-234/06, Torresan vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) UASI u Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG
(Kawża C-5/10 P)
2010/C 63/57
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Giampietro Torresan (rappreżentanti: G. Recher u R. Munarini, avukati)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG
Talbiet tal-appellant
—
Tannulla s-sentenza mogħtija fil-Kawża T-234/06, Nru tar-reġistrazzjoni 414968, innotifikata b’faks tad-19 ta’ Novembru 2009;
—
Tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet li l-appellant diġà ressaq quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-234/06,
—
Fi kwalunkwe każ, bir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-proċeduri kollha, inklużi dawk taż-żewġ stadji quddiem l-UASI u tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
Ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam agrikolu u alimentari;
(2)
Ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, fir-rigward tal-kunċett tal-konsumatur medju;
(3)
Ksur tar-regoli dwar is-sistema lingwistika tal-proċess;
(4)
Żnaturament tal-fatti jew tal-provi, kollha elementi intiżi sabiex juru, bħala konsegwenza unika u finali, il-karattru assolutament distintiv u mhux deskrittiv tat-trade mark Cannabis, sabiex jiġi kkonstatat ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-motivazzjoni kontradittorja mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza insostenn tal-karattru deskrittiv tat-trade mark Cannabis. Għaldaqstant, is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-234/06, hawnhekk ikkontestata, għandha tiġi annullata fit-totalità tagħha.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
Full & Egal Universal Law Academy