13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit 8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie; parti l-oħra: T. Kahveci
(Kawża C-7/10)
2010/C 63/58
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretris van Justitie
Parti l-oħra: T. Kahveci
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru ma jistgħux jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni wara li dan il-ħaddiem kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka?
(2)
Għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda, huwa rilevanti l-mument li fih il-ħaddiem Tork ikkonċernat kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti?
Full & Egal Universal Law Academy