27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/13
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-8/10)
2010/C 80/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta intrapriżi tal-assigurazzjoni (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46/KE skada fil-5 ta’ Settembru 2008. Issa, sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jittrasponi din id-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 224, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy