27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV
(Kawża C-11/10)
2010/C 80/23
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Marishipping and Transport BV
Domandi preliminari
(1)
L-eżenzjoni mid-dazju tas-sustanzi farmaċewtiċi msemmija fl-Ewwel Parti, Taqsima II, Parti C(i) tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, moqri flimkien mal-lista ta’ sustanzi farmaċewtiċi li jinsabu fit-Tielet Parti (annessi) tat-Taqsima II tal-Anness 3, hija limitata għas-sustanzi (kimiċi) imsemmija fil-forma pura tagħhom?
(2)
Jekk sustanzi oħra jistgħu jiżdiedu mas-sustanza farmaċewtika indikata, liema huma r-restrizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?
(1) Regolament dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).
Full & Egal Universal Law Academy