27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-8 ta’ Jannar 2010 — LECSON Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund
(Kawża C-12/10)
2010/C 80/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LECSON Elektromobile GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Dortmund
Domanda preliminari
Il-vetturi elettriċi deskritti f’iktar dettall fid-digriet jaqgħu taħt l-intestatura 8713 jew taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1)?
(1) ĠU L 327, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy