27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Knubben Dak-en Leidekkersbedrijf BV vs Belgische Staat
(Kawża C-13/10)
2010/C 80/25
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Knubben Dak-en Leidekkersbedrijf BV
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE), jipprekludi regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Belġjan Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970, li jipprovdu li rata tal-VAT imnaqqsa tista’ tiġi applikata għal xogħol ta’ kostruzzjoni biss jekk il-prestatarju tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Wetboek van Inkomstenbelastingen (Kodiċi Belġjan dwar it-taxxa fuq id-dħul) tal-1992?
(2)
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE), jipprekludi regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 400 u 401 tal-Kodiċi Belġjan dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-1992 u fid-Digriet Irjali tas-26 ta’ Diċembru 1998, li jipprovdu li reġistrazzjoni bħala kuntrattur fil-Belġju tapplika b’mod sħiħ u identiku għal prestatarji ta’ servizz Belġjani u għal prestatarji ta’ servizz stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy