17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (Ir-Reppublika Ċeka) fil-11 ta’ Diċembru 2010 — Toshiba Corporation, Areva T&D Holding SA, Areva T&D SA, Areva T&D AG, Mitsubishi Electric Corp., Alstom, Fuji Electric Holdings Co. Ltd, Fuji Electric Systems Co. Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Siemens AG Österreich, VA TECH Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens AG, Hitachi Ltd, Hitachi Europe Ltd, Japan AE Power Systems Corp., Nuova Magrini Galileo SpA vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže
(Kawża C-17/10)
2010/C 100/23
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Brně
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toshiba Corporation, Areva T&D Holding SA, Areva T&D SA, Areva T&D AG, Mitsubishi Electric Corp., Alstom, Fuji Electric Holdings Co. Ltd, Fuji Electric Systems Co. Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Siemens AG Österreich, VA TECH Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens AG, Hitachi Ltd, Hitachi Europe Ltd, Japan AE Power Systems Corp., Nuova Magrini Galileo SpA
Konvenuta: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE (attwalment l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 2, p. 205–229) għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandhom jiġu applikati (fil-kuntest ta’ proċedura mibdija wara l-1 ta’ Mejju 2004) għat-tul kollu ta’ akkordju li, fuq it-territorju tar-Repubblika Ċeka, beda qabel l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea (jiġifieri qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u li kompla u ntemm wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni Ewropea?
(2)
L-Artikolu 11(6), moqri flimkien mal-Artikolu 3(1), is-sbatax-il premessa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-punt 51 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-network tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (ĠU 2004, C 101, p. 43), il-prinċipju ta’ non bis in idem, kif jirriżulta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1) u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk il-Kummissjoni tibda proċedura għall-ksur tal-Artikolu 81 KE wara l-1 ta’ Mejju 2004 u tadotta deċiżjoni fuq il-mertu:
(a)
l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri huma awtomatikament u definittivament imċaħħda mill-kompetenza tagħhom sabiex jagħtu deċiżjoni dwar l-istess fatti?
(b)
L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri huma mċaħħda mill-kompetenza tagħhom sabiex japplikaw għal dawn l-istess fatti d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jinkludu leġiżlazzjoni simili għall-Artikolu 81 KE (attwalment l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea)?
Full & Egal Universal Law Academy