27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2010 — Agrargenossenschaft Münchehofe e.G. vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
(Kawża C-18/10)
2010/C 80/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrargenossenschaft Münchehofe e.G.
Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
Domanda preliminari
It-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 5(1) tal-Flächenerwerbsverordnung (Regolament dwar il-bejgħ tal-artijiet), li jimplementaw il-punt 1 tal-Artikolu 4(3) tal-Ausgleichsleistungsgesetz (Att dwar il-kumpens), fil-verżjoni fis-seħħ sal-11 ta’ Lulju 2009, huma inkompatibbli mal-Artikolu 87 KE?
Full & Egal Universal Law Academy