13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/41
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-24/10)
2010/C 63/64
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanassou-Apostolopoulou u G. Braun)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2006/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni, jew f’kull każ billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46 fil-liġi nazzjonali skada fil-5 ta’ Settembru 2008.
(1) ĠU L 224, 16.08.2006, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy