27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/16
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 minn Mehmet Salih Bayramoglu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-110/09: Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-28/10 P)
2010/C 80/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Mehmet Salih Bayramoglu (rappreżentant: A. Riza QC)
Appellati: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/511/KE (1) fuq il-bażi li hija bbażata fuq nuqqas illegali milli taġixxi b’mod li tippermetti lill-poplu Tork Ċiprijott ikun jista’ jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej bi ksur tal-Artikolu 189 tat-Trattat KE moqri flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
—
tiddikjara li s-sitt Membri Parlamentari Ewropej innotifikati mir-Repubblika ta’ Ċipru wara s-6 ta’ Ġunju 2009 li rritornaw taħt l-arranġamenti elettorali preżenti ma jirrapreżentawx il-poplu Ċipriott Tork kif meħtieġ mil-liġi.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-azzjoni tiegħu kienet tressqet wara l-għeluq tat-terminu. Huwa jsostni insostenn ta’ dan l-argument li l-ġurisprudenza li bbażat ruħha fuqa l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kinitx tinvolvi nuqqas milli jiġi pprovdut għad-dritt fundamentali li poplu kollu jipparteċipa f’elezzjonijiet u ma kinitx tirrigwarda deċiżjoni li l-bażi legali tagħha kienet nuqqas milli wieħed jaġixxi u jagħmel provvedimenti għall-elezzjonijiet pjutost milli intenzjonata għall-postponiment tad-dritt li jkun hemm dawn l-elezzjonijiet.
L-appellant isostni wkoll li ma kienx minnu li huwa ma invokax l-eżistenza ta’ żball skużabbli jew ta’ forza maġġuri meta ppreżenta r-rikors.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta’ Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta’ ftehim dwar il-problema ta’ Ċipru (ĠU L 142M, p. 58–59)
Full & Egal Universal Law Academy