27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Heiko Koelzsch vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-29/10)
2010/C 80/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Heiko Koelzsch
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Domanda preliminari
Ir-regola fuq il-kunflitt iddefinita fl-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1), li tiddikjara li l-kuntratt ta’ xogħol huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li fil-każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol f’diversi pajjiżi, iżda li b’mod sistematiku jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż għandu jiġi kkunsidrat bħala dak li fih il-ħaddiem issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu?
(1) Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy